Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti 2019 – Esibizzjoni

L-esibizzjoni tal-Prodotti li qed jieħdu sehem f’Kategorija 1 tal-Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti hija miftuħa. Din qed issir fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, fi Triq il-Merkanti, Valletta, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00am u l-5:00pm..

Skont ir-regolamenti ta’ din l-inizjattiva, ilmenti dwar prodotti li qed jieħdu sehem. għandhom isiru biss fuq il-formola speċifika bejn id-29 ta’Awissu u t-12 ta’ Settembru 2019.  Ilmenti għandhom jintbagħtu jew permezz ta’ imejl fuq  maltacrafts@gov.mt, jew bil-posta lid-Dipartiment tal-Kummerċ, Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti, Daħlet Ġnien is-Sultan, Il-Belt Valletta, VLT 1933.  Ilmenti għandhom jaslu għand id-Dipartiment tal-Kummerċ  sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Settembru 2019. Ilmenti li jaslu wara t-12 ta’ Settembru ma’ jiġux ikkonsidrati.

Il-Formoli jinstabu fir-reception area tal-Ministeru jew tniżżilha minn hawn