Dwarna
![about1 about1](/wp-content/uploads/2018/08/about1-136x136.png)
Dipartiment tal-Kummerċ
Biex iffaċilita l-kummerċ filwaqt li tipprovdi l-infrastruttura neċessarja biex tirregola s-settur tal-Artiġjanat u tinkoraġġixxi s-sigurtà, l-utilizzazzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
Id-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, L-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, jikkonsisti mid-Direttorat tas-Servizzi Kummerċjali u Proġetti responsabbli għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni, id-Direttorat tar-Reġistrazzjonijiet tal-Propjetà Intellettwali responsabbli għar-reġistrazzjoni tat-Trademarks, Disinni u Privattivi u mis-sezzjoni u s-sezzjoni responsabbli mil-Copyright, Artiġjanat, SOLVIT u s-Sistema tat-Tagħrif dwar is-Suq Intern (IMI)
Glossarju
![about2 about2](/wp-content/uploads/2018/08/about2-107x120.png)
Artiġjan
tfisser persuna li tkun taħdem fl-artiġjanat f’Malta u li taqla’ l-għixien tagħha minn, jew tkattar il-qligħ tagħha minn dak l-artiġjanat jew li ġġib prova li tkun kapaċi tipproduċi prodotti tal-artiġjanat. Artiġjan għandu jkun ċittadin ta’ Malta jew ċittadin tal-Unjoni Ewropea li jkollu r-residenza formali tiegħu f’Malta jew xi persuna oħra minn kwalunkwe pajjiż ieħor li jkollha l-permessi meħtieġa maħruġa mill-awtoritajiet relevanti sabiex ikollha residenza permanenti f’Malta u sabiex taħdem f’Malta fis-settur tal-artiġjanat
![about3 about3](/wp-content/uploads/2018/08/about3-111x113.png)
Intraprenditur tal-Artiġjanat
tfisser persuna li fin-negozju tagħha tkun l-aktar tixtri u tbigħ prodotti tal-artiġjanat maħduma f’Malta.
![about4 about4](/wp-content/uploads/2018/08/about4-118x114.png)
Artiġjanat
tfisser arti, ħila jew negozju dikjarati mill-Ministru bħala xi artiġjanat taħt l-artikolu 3 ta’ Kap 613 u mħaddma minn xi persuna jew persuni fil-manifattura ta’ prodotti tal-artiġjanatmaħduma minn artiġjani.
![about5 about5](/wp-content/uploads/2018/08/about5-118x114.png)
Artiġjanat Malti
tfisser artiġjanat li ġeneralment jirrifletti t-tradizzjonijiet u l-patrimonju tal-Gżejjer Maltin.
![about6 about6](/wp-content/uploads/2018/08/about6-88x113.png)
Prodotti artiġjanali Maltin
tinkludi dawk il-prodotti maħduma għal kollox bl-idejn jew bl-għajnuna ta’ għodod tal-idejn jew ukoll mezzi mekkaniċi, sakemm il-kontribut dirett bl-idejn tal-artiġjan jibqa’ l-komponent l-aktar sostanzjali tal-prodott finali u tirreferi għal artiġjanat maħdum f’Malta
![about7 about7](/wp-content/uploads/2018/08/about7-81x98.png)
Ċertifikazzjoni
Ċertifikati jingħataw lil artiġjani reġistrati
![about8 about8](/wp-content/uploads/2018/08/about8-94x96.png)