Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti 2019 – Esibizzjoni

L-esibizzjoni tal-Prodotti li qed jieħdu sehem f’Kategorija 1 tal-Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti hija miftuħa. Din qed issir fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, fi Triq il-Merkanti, Valletta, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00am u l-5:00pm.. Skont ir-regolamenti ta’ din l-inizjattiva, ilmenti dwar prodotti li qed jieħdu sehem. għandhom isiru biss fuq il-formola speċifika bejn id-29 ta’Awissu u […]

Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti 2019 – Exhibition

The exhibition of products participating in Category 1 of the Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti is now open at the Ministry for the Economy, Investment and Small Businesses. Opening hours are on weekdays between 8:00am and 5:00pm. In accordance with the regulations, complaints against participating products can be submitted on the relevant form, between 29th August […]

Fiera tal-Artiġjanat tas-Sajf

Ingħaqad ma 25 artiġjan li ser jesibixxu u jaħdmu l-prodotti tagħhom, fosthom pitturi, ċeramika u filugranu. Il-Ġimgħa 9 u s-Sibt 10 ta’ Awwissu, bejn is-7:00pm u l-11:00pm, fil-Promenade tax-Chalet, Tas-Sliema.

Fiera tal-Artiġjanat Malti

Il-Fiera hija organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, flimkien mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.   Ser issir nhar il-Ħamis 6 ta’ Ġunju 2019 bejn id-9:00am u l-4:00pm.

Fiera tal-Artiġjanat Malti għal Jum l-Omm

Il-Fiera ser issir minn nhar it-Tlieta 7 ta’ Mejju sal-Ġimgħa 10 ta’ Mejju bejn id-09:00 u l-16:00 fi Pjazza Tritoni, Valletta. Organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Zgħar. Prodotti artiġjanali original maħduma bl-idejn: Filugranu, tessuti, pitturi, beading, xogħol tal-injam, ċeramika, ġojjellerija, prodotti agrikoli u ħafna aktar. Dħul b’xejn

Fiera tal-Artiġjanat Malti għall-Għid

Id-Dipartiment tal-Kummerċ b’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu qed jorganizza fiera tal-Artiġjanat Malti għall-Għid bejn id-9 u t-12 ta’ April 2019. Il-Fiera ser issir fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Tibda kuljum fid-9:00am u tibqa’ miftuħa sal-4:00pm. Ser ikun hemm numri ta’ Artiġjani li apparti li jbiegħu l-prodotti tagħhom, ikunu qed juru kif jaħdmuhom. Kulħadd huwa mistieden iżur […]

Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kunsill alti għall-Artiġjanat saret fid-29 ta’ Jannar 2019 fi Project House il-Floriana Ġie ppreżentat ir-Rapport ta’ Ħidma għall-2018 u saret preżentazzjoni qasira dwar il-liġi ġdida dwar l-Artiġjanat Malti li qed tiġi proposta. Il-membri preżenti setgħu jagħtu l-opinjonijiet tagħhom fuq il-liġi kif ukoll fuq suġġetti oħra.

Liġi dwar l-Artiġjanat Malti

Qed tiġi proposata liġi ġdida dwar l-Artiġjanat Malti. Sar perijodu ta’ Konsultazzjoni (li għalaq fil-21 ta’ Jannar) l-artiġjani setgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom fuq dawn il-proposti.

Crafts Awareness and Exposure Fair

Pjazza San Ġorġ, Valletta 17 – 19 ta’ Ottubru mid-9:00am sat-3:00pm Il-fiera tagħmel parti mill-attivitajiet tal-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs f’Malta.  Hija organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar b’kollaborazzjoni mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, mal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. 45 artiġjana differenti, kollha rreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat, ser/se jesebixxu u […]