L’Artigiano in Fiera

Milan, L-Italja 1 – 9 ta’ Diċembru 2018 Għar-raba’ sena konsekuttiva, numru ta’ artiġjani Maltin se jipparteċipaw fil-fiera internazzjonali L’Artigiano in Fiera, l-akbar fiera tal-artiġjanat fl-Ewropa. Din il-parteċipazzjoni hija ssussidjata mid-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Malta Enterprise fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.

Fiera tal-Milied tal-Artiġjanat Malti

Pjazza San Ġorġ, Valletta 19 – 21 ta’ Diċembru 2018 Il-fiera annwali tal-Milied tal-Artiġjanat Malti se tiġi organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar b’kollaborazzjoni mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, mal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Matul it-3 ijiem tal-fiera, 45 artiġjan differenti, kollha rreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat, se jesebixxu […]