Milan, L-Italja
1 – 9 ta’ Diċembru 2018
Għar-raba’ sena konsekuttiva, numru ta’ artiġjani Maltin se jipparteċipaw fil-fiera internazzjonali L’Artigiano in Fiera, l-akbar fiera tal-artiġjanat fl-Ewropa. Din il-parteċipazzjoni hija ssussidjata mid-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Malta Enterprise fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.