Id-Dipartiment tal-Kummerċ b’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu qed jorganizza fiera tal-Artiġjanat Malti għall-Għid bejn id-9 u t-12 ta’ April 2019. Il-Fiera ser issir fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Tibda kuljum fid-9:00am u tibqa’ miftuħa sal-4:00pm.
Ser ikun hemm numri ta’ Artiġjani li apparti li jbiegħu l-prodotti tagħhom, ikunu qed juru kif jaħdmuhom.
Kulħadd huwa mistieden iżur din il-fiera ta’ prodotti uniċi maħduma bl-idejn.