Dwarna

Dipartiment tal-Kummerċ
Biex iffaċilita l-kummerċ filwaqt li tipprovdi l-infrastruttura neċessarja biex tirregola s-settur tal-Artiġjanat u tinkoraġġixxi s-sigurtà, l-utilizzazzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.![]()
Id-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, L-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, jikkonsisti mid-Direttorat tas-Servizzi Kummerċjali u Proġetti, id-Direttorat tar-Reġistrazzjonijiet tal-Propjetà Intellettwali u d-Direttorat għas-Servizzi Regolatorji.
Glossarju

Artiġjan
tfisser persuna li tkun taħdem fl-artiġjanat f’Malta u li taqla’ l-għixien tagħha minn, jew tkattar il-qligħ tagħha minn dak l-artiġjanat jew li ġġib prova li tkun kapaċi tipproduċi prodotti tal-artiġjanat. Artiġjan għandu jkun ċittadin ta’ Malta jew ċittadin tal-Unjoni Ewropea li jkollu r-residenza formali tiegħu f’Malta jew xi persuna oħra minn kwalunkwe pajjiż ieħor li jkollha l-permessi meħtieġa maħruġa mill-awtoritajiet relevanti sabiex ikollha residenza permanenti f’Malta u sabiex taħdem f’Malta fis-settur tal-artiġjanat

Intraprenditur tal-Artiġjanat
tfisser persuna li fin-negozju tagħha tkun l-aktar tixtri u tbigħ prodotti tal-artiġjanat maħduma f’Malta.

Artiġjanat
tfisser arti, ħila jew negozju dikjarati mill-Ministru bħala xi artiġjanat taħt l-artikolu 3 ta’ Kap 613 u mħaddma minn xi persuna jew persuni fil-manifattura ta’ prodotti tal-artiġjanatmaħduma minn artiġjani.

Artiġjanat Malti
tfisser artiġjanat li ġeneralment jirrifletti t-tradizzjonijiet u l-patrimonju tal-Gżejjer Maltin.

Prodotti artiġjanali Maltin
tinkludi dawk il-prodotti maħduma għal kollox bl-idejn jew bl-għajnuna ta’ għodod tal-idejn jew ukoll mezzi mekkaniċi, sakemm il-kontribut dirett bl-idejn tal-artiġjan jibqa’ l-komponent l-aktar sostanzjali tal-prodott finali u tirreferi għal artiġjanat maħdum f’Malta

Ċertifikazzjoni
Artiġjani Reġistrati jistgħu jordnaw, mingħajr ħlas, tikketti li jistgħu ipoġġu mal-prodotti tagħhom. It-tikketti għandhom Kodiċi QR li jidderieġi lejn il-profil tal-artiġjan u jiġu f’żewġ daqsijiet: kwadru (5x5cm) u rettangolari (8x5cm).
L-Artiġjani li għandhom ħanut jistgħu japplikaw ukoll għal ċertifikat li jistgħu juru fil-ħanut tagħhom.



