Fiera tal-Milied tal-Artiġjanat Malti

Pjazza San Ġorġ, Valletta

19 – 21 ta’ Diċembru 2018

Il-fiera annwali tal-Milied tal-Artiġjanat Malti se tiġi organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar b’kollaborazzjoni mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, mal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.

Matul it-3 ijiem tal-fiera, 45 artiġjan differenti, kollha rreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat, se jesebixxu u jbigħu prodotti magħmula minnhom Wieħed jista’ jsib filugranu, xogħlijiet tat-tessuti, pitturi, beading, xogħol fl-injam, ċeramika, costume jewellery/ġojjellerija, prodotti agrikolu u ħafna aktar.

Din il-fiera se tagħti l-opportunità lill-klijenti interessati li jixtru prodotti ġenwini u oriġinali magħmula bl-idejn.

Għal aktar informazzjoni żur is-sit – https://www.facebook.com/maltacrafts/