Skip to main content Malta Crafts Portal
  • mt
    • en
Craftsperson
A self-employed part-time craftsperson producing and selling craft products not as his/her main occupation;

Bijo

L iżgħar wild minn sebgħa, f\'familja l-missier bennej u \' l omm ħajjata. Ta\' tmien snin, niftakar qiesu l-bieraħ, fuq l- għatba ta\' barra biċċa drapp oranġjo bid-dwawar bojod, ommi turini kif għandi nagħmel ringila punti żgħar minn tarf sa tarf tad-drapp ghal tliet darbiet taħt xulxin biex meta niġbdu l-ħajt ikollna l-ġmieħ. Dan kien il-bidu tan-namra tiegħi għax-xogħol tal-idejn. Fuq l-għatba ta\' barra ukoll imma din id-darba m\'oħti ta\' qabli b\'sitt snin akbar minni saru l-ewwel punti tal-ganċ (crochet), kif ukoll, imma din id-darba fuq il-bejt, biċċa xkora kwadra, imsella u suf saru l-ewwel punti tal-"Cross Stitch". Niġu għall-aħħar sena skolastika tal-primarja, fejn hemm, flimkien ma\' l-għalliema kont agħmilt fardall (konna nxellu aħna l istudenti u tgħaddi bil-magna tal-ħjata tar-riġel l-għalliema. X \' nostalġija.) L- alfabett bil-cross stitch fuq id-drapp (aida cloth) u ħajt (tas-sitt ħajtiet). Kellna bħal "project" inlibsu pupa żġħira bit-tema Maltija. (bl-għajnuna din id-darba t\'oħti l-kbira fejn tidħol il-bżonn tal-magna tal-ħjata konna agħmila qmies bajda, dublett aħmar u għonnella. Għadhom għandi). Dawn l-esperjenzi kienu l-qofol għall-ġibda li għandi għax-xogħol tal-idejn għall-fatt li qatt ma waqaft nitgħallem xogħol differenti bħall-bizzilla ta\' Malta u Ganutell kif ukoll minn oġġett li jkun għar-rimi noħloq xi ħaġa oħra. Matul is-snin li t-tfal kienu l-iskola kelli l-opportunita naqsam dak li naf jien ma\' ġenituri oħra. Nagħti s-sehem tiegħi ukoll fil-wirjiet tal-kunsill lokali u fil-każini tal baned. Ġol-basket dejjem ser issibli kobba ħajt u ganċ.