Clayton Meli Abela
Craftsperson
A self-employed part-time craftsperson producing and selling craft products not as his/her main occupation;
Referenza tal-Fajl
C 1493
Kumpanija
Clayton Meli Abela
Indirizz
Ekta
Triq il-Waqqafa
Il-Mosta
MST4480
Telefown
99814067
Mobbli
99814067
Sit tal-Internet
Bijo
Clayton Meli Abela iwettaq xogħol artiġjanali li jinkludi ħidma bl-idejn fuq siġar li jistgħu jkunu parti mill-presepji Maltin jew jakkumpanjaw vari tal-Ġimgħa l-Kbira. Dawn is-siġar jinkludu proċess twil iżda d-dettal realistiku li joħroġ f’din l-arti, qiegħed jintlaqa’ tajjeb ħafna mill-pubbliku.
Is-sur Abela juża prodotti artistiċi magħmula bl-idejn li ħafna mid-drabi jinkludu l-injam bħala materja prima. Bażikament, kull ma wieħed jista’ jimmaġina, ħafna mid-drabi jista’ jsir bl-idejn, skont ix-xewqa tal-klijenti. Il-prodotti jvarjaw minn dekorazzjonijiet tal-Milied bl-injam; prodotti rikjesti minn ħwienet u kumpaniji li jirrikjedu prodotti personalizzati sabiex jintużaw għan-negozji tagħhom; xogħol fl-injam marbut mal-Ġimgħa l-Kbira inkluż bradelli, slaleb etċ. Qed isir ukoll ħidma tal-irħamar fuq l-oġġetti tal-injam li jkunu nħadmu mis-Sur Meli Abela stress.