Crafts Awareness and Exposure Fair

Pjazza San Ġorġ, Valletta

17 – 19 ta’ Ottubru mid-9:00am sat-3:00pm

Il-fiera tagħmel parti mill-attivitajiet tal-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs f’Malta.  Hija organizzata mid-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar b’kollaborazzjoni mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, mal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.

45 artiġjana differenti, kollha rreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat, ser/se jesebixxu u jbigħu prodotti magħmula minnhom matul it-3 ijiem tal-fiera.  Wieħed jista’ jsib filugranu, xogħlijiet tat-tessuti, pitturi, beading, xogħol fl-injam, ċeramika, costume jewellery/ġojjellerija, prodotti agrikolu u ħafna aktar.

Il-fiera ser/se tara wkoll il-parteċipazzjoni ta’ numru t’organizzazzjonijiet li jużaw l-artiġjanat biex ikabbru l-inklussività u l-integrazzjoni mal-klijenti tagħhom.  Din hija parti mir-responsabilità soċjali tad-Dipartiment.

Għal aktar informazzjoni żur is-sit – https://www.facebook.com/maltacrafts/